L-Għaqda Mużikali Beland ser terġa’ ittellgħa l-Oratorju 'Dawl fuq is-Sinaj' fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mill- ‘Premiere’ uffiċċjali li sar fl-2005 b’tifkira tal-1700 mill-martirju ta’ Santa Katarina V.M. L-Oratorio 'Dawl fuq is-Sinaj', li mużikalment jittratta l-ħajja u l-martirju ta' Santa Katarina V.M huwa kompożizzjoni ta' Mro. Ray Sciberras fuq versi tal-kittieb Żejtuni s-sur Trevor Zahra. Jieħdu sehem wkoll is-Sopran Rosabelle Bianchi, t-Tenur Charles Vincenti u l-kor 'Mirabitur' immexxi minn Simone Attard. Il-Banda Beland ser tkun qed teżegwixxi dan l-Oratorju immexxija mis-surmast direttur Mro. Ray Sciberras.
Il-lirika hekk metikolozament mirquma mill-pinna ta' Trevor Zahra, flimkien mal-mużika profonda kompożizzjoni ċelebri oħra mill-pinna ta' Mro. Ray Sciberras jingħaqdu flimkien sabiex isaħħru lill-udjenza preżenti u jgħinuhom jifhmu aħjar l-ħajja u l-martirju li għaddiet minnhom Santa Katarina V.M. Dan l-Oratorju b'ħin ta' madwar 45 minuta ser jgħaddi lil dawk preżenti minn tumuli ta' sentimenti fejn wieħed iħossu aktar viċin tal-protagonista, u jerġa' jgħix l-ferħ, l-beżgħat u n-niket, li għaddiet minnhom Santa Katarina V.M. Dan kollu ser jitella' fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katarina V.M., ż-Żejtun, nhar il-Ġimgħa 20 ta' Novembru 2015 fis-7.30 p.m.
Dan kollu żgur li ser jagħmel dan il-kunċert uniku. Okkażjoni li tpaxxi l-widnejn ta' kulħadd u li ebda' segwaċi tal-mużika Maltija ma għandu jitlef.